Some light-hearted relief! (in Maltese...sorry)

Wara l-interess tal-'post' ta qabel, ircevejt dan l-update! Nahseb ta min jistudja l-proposti!

1) Il-familja naghtuha valur aktar. 3 day week xoghol ghal kulhadd u jithallas ta 7 day week halli il-familja ikollha aktar hin flimkien.

2) kull hadd intitolat ghal 50 gurnata leave kull sitt xhur

3) Innehhu l-Burokrazija fuq il-post tax-xoghol....jigifieri min jiehu sick jinqataw ic-cerimonji tat-tobba u certifikati.

4) Il-prodott lokali dejjem kien ghal qalbna. Jinghataw permessi anke fl-ispizeriji biex tinbiegh il-birra maltija u ovvjament tkun issusidjata.

5) Il-Mepa, mhux nirrangawha imma innehhuwha darba ghal-dejjem halli zgur hadd ma jgerger.

6) Nillegalizzaw il-haxixa ghax biha u minghajrha, skond l-istudju li ghamilna, nofs il-poplu fl-ispazju qieghed. (Ma naqbilx...DRUGS ARE FOR MUGS!)

7) Bhala Gvern, nintrabtu biex nohorgu allowances ghal kull min isiefer fuq vaganza, specjalment fejn l-individwi jonfqu aktar minn elfejn euro. Ahna jimpurtana hafna minnek aktar ma tonfoq aktar irridu ntuk x'tonfoq!

8) Il-valur ta L-euro nghamluh daqs dak tal-maltija u indahhlu id-dollar u l-isterlina biex nikkompetu ma l-Inglizi u l-Amerikani. Tant ghandna ficjucja f'dawn il-mizuri li nafu li wara ftit id-dollaru Amerikan nifqghuh.

9) Naghtu garanzija, li jekk anke niehdu tkaxkira ta Gesu Kristu fil-Eurovision, dan xorta jsir f'Malta.

10) Jitwahhlu tabelli - jidhru mill-ispace shuttles daqs kemm ikunu kbar - fil-bahar jippuntaw lejn l-italja u jinghataw mapep ta navigazzjoni ghall-italja lill kull klandestin li jkun gej lejn Malta. Skond din il-weghda qeghdin ukoll nipproponu li npoggu xi braken li fuqhom nistghu inpoggu l-fdalijiet ta' l-ikel taghna halli jkollhom x'jieklu wkoll u hadd ma jgerger izjed ghal hela li nahlu ahna l-Maltin jew li narmu hafna ikel gdid.

11) Il-programm "dejjem tieghek Becky" jieqaf mal-ewwel mix-xandir. Jinharqu wkoll il-kopji kollha li jezistu tas-sensieli kollha ta becky inkluz is-sensiela undercover.

12) Tinfetah bajja topless u jinghataw trombi b'xejn lil kulhadd. Ma naqblu xejn li ssir bajja bottomless. Ahna fuq valuri u principji ma niccajtawx.

13) Johorgu permessi specjali ghall dawk kollha li biex jiccelebraw ir-rebha tal-partit taghna, jiddeciedu li jifqaw xi kazin, jixhtu xi landa zebgha jew jorbtu xi Billboard ma wara tal-karozza taghhom. Tistghu ukoll tghajjru lil ta kontrina ghal jumejn shah. Ghal dawk il-jumejn ser inqassmu t-shirts li jiswew 5 euros biss li fuqhom hemm miktub: noboghdukom ghax kontrina. b'hekk kulhadd ikollu cans jizvoga.

14) Inzidu it-turizmu f-pajjizna - Kemmuna nibdluwha f'post aqwa minn IBIZA. Ahna turisti zghazagh ingibu li jgawdu u jonfqu, mhux bhall partiti l-ohra, balla xjuh jaraw xi tempju - (borg gebel mitfuh addocc). Dawk flixkun ilma bejn 5 biss jixtru. Sakemm ma ttijhomx xi taqliba u nispiccaw induru bihom il-Materdei!!

15) Naqtaw ghal-kollox, dik it-tikka, u nerga nghid, vera tikka, korruzjoni li hemm fil-football malti. B'hekk biss nistaw xi darba nikkompetu fit-tazza tad-dinja!

16) Xoghol - B'harsien u dinjita. Jigifieri aktar minn 4 sieghat kuljum kollu zejjed.

17) Peress li nafu li F'malta hawn iz-zejt (avolja hadd ma fadallu zejt f'wiccu), is-surcharge tispicca darba ghal dejjem u nrohhsu id-dawl fuq pjan ta 3 snin sakemm ingibuh b'xejn.

18) Nifthu skola gdida ghal dawk il-bdabad kollha li ghandhom bzonn tikka edukazzjoni specjali, biex hadd ma jibqa lura!

19) Innehhu L-VRT minn pajjizna halli nergaw naraw karozzi klassici (tipo xi triumph, Anglia, Capri etc etc) jiccirkulaw f'pajjizna.

20) Biex inheggu lin-nies juzaw it-trasport pubbliku, ha naghtu borza imqaret b'xejn hekk kif tasal il-belt u tipprezenta il-biljett tal-linja

21) U fl-ahhar, imma mhux l-inqas. Inwahhlu JUKEBOX f'kull kantuniera ta kull villagg, rahal u belt..u nwieghdukhom li nimlew bl-aqwa talenkt muzikali...Van Halen, Rush, Led Zeppelin, Deep Purple...ecc....ma ddejqu qalbkom QATT!

Ghandna pjan ghal-bidu gdid. Iva, dan nemmnuh ghax flimkien kollox possibbli. Ahna nies ta idejat godda.Ivvutalna u tara!!

JIENA HA NTIHOM IL 1

Comments

  1. Jien ha ntijom il 1 ukoll ...hehe qbilna wahda jin u int :P

    ReplyDelete
  2. haha... vera. tal-Jukeboxes bil Heavy Metal diga gibditna lejha!

    Peace man!

    ReplyDelete
  3. Jien wkoll ha ntijhom il-1.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular Posts